Friday, November 22, 2024

“Issa li weġġa’ xi ħadd bħas-soltu ħudu azzjoni”

Persuna ssofri ġrieħi wara li żelqet fuq il-moll ta’ Marsalforn

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Issa li weġġa’ xi ħadd bħas-soltu ħudu azzjoni. Ilna ġimgħat sħaħ niġbdu l-attenzjoni dwar ilma li qiegħed kontinwament jnixxi minn art privata u kkawża biex trabba materjal fuq il-moll li ġabu qisu sapun. Issa naħseb li kellha tissejjaħ ambulanza jaf tittieħed azzjoni.”

Iddikjara dan persuna li għamel kuntatt ma’ Talk.mt hekk kif ftit tal-ħin ilu kellha tissejjaħ ambulanza minħabba persuna li sofriet ġrieħi wara li żelqet fuq il-moll ta’ Marsalforn.

B’rabta mal-istess inċident tkellem ukoll il-Kunsillier Żebbuġi Daniel Cordina li saħaq li min-naħa tiegħu ġibed l-attenzjoni kemm-il darba iżda baqgħet ma ttiħditx azzjoni. 

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadu lill-persuna midruba lejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal iktar attenzjoni medika. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tagħha.

Sport