Friday, December 13, 2024

“Issa wasal iż-żmien li nkunu grati għall-ħajja li għadna kemm ilqajna f’din id-dinja” 

Aqra wkoll

Cristiano Ronaldo rritorna d-dar flimkien ma’ Georgina Rodriguez u binthom tat-twelid – wara li l-koppja kkonfermat li fl-istess ħin li twieldet binthom, sfortunatament waqt il-ħlas miet binhom.

L-attakkant ta’ Manchester United qasam aġġornament fuq il-midja soċjali ftit wara li t-tifla tagħhom ħarġet mill-isptar wara t-twelid tagħha aktar kmieni din il-ġimgħa.

Waqt li ppubblika ritratt għall-430 miljun segwaċi tiegħu, Ronaldo, ta’ 37 sena, ħaddan lil bintu waqt li kien akkumpanjat mis-sieħba Spanjola Georgina u l-erba’ wlied oħra, Cristiano Ronaldo Jr, Mateo Ronaldo, u Eva Maria Dos Santos, li lkoll twieldu b’surrogazzjoni, kif ukoll Alana Martina dos Santos Aveiro li twieldet f’Novembru tal-2017.

Huwa kiteb: “L-appoġġ tagħkom huwa importanti ħafna u lkoll ħassejna l-imħabba u r-rispett li għandkom lejn il-familja tagħna. Issa wasal iż-żmien li nkunu grati għall-ħajja li għadna kemm ilqajna f’din id-dinja.” 

F’Ottubru tas-sena l-oħra l-futboler Portugiż ħabbar li kien qed jistenna tewmin mas-sieħba tiegħu Georgina.

Madankollu stqarrija maħruġa nhar it-Tnejn ikkonfermat li wieħed mit-tewmin tal-koppja kien miet, b’Ronaldo jiddeskrivi t-telfa bħala waħda ta’ uġigħ kbir.

Ekonomija

Sport