Monday, December 9, 2024

Issir b’suċċess il-Mixja mal-President b’risq il-Malta Community Chest Fund

Aqra wkoll

Mijiet ta’ persuni ngħaqdu mal-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono, il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Mixja mal-President, b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Ilkoll lebsin flokkijiet tal-edizzjoni ta’ din is-sena, dawk li attendew imxew mill-Palazz ta’ Sant’Anton sa Pjazza San Ġorġ f’mewġa ta’ solidarjetà u ġenerożità ma’ dawk fil-bżonn.

F’diskors fi tmiem il-mixja, il-President ta’ Malta indirizzat lil dawk preżenti, appellatilhom biex fil-ħajja ta’ kuljum iżommu l-għaqda bejniethom li urew b’dan il-ġest, u faħħrithom għas-sens ta’ għajnuna mal-proxxmu li jiddistingwi lill-Maltin.

Il-President ta’ Malta fakkret ukoll li din l-attività hi waħda minn sensiela ta’ attivitajiet oħra, li jsiru matul is-sena, bl-għan li l-Malta Community Chest Fund tkompli tgħin lil kull min jirrikorri għandha għall-għajnuna.

Aċċennat li l-MCCF tgħin mhux biss lil min hu fil-bżonn ta’ kura onkoloġika, imma firxa wiesgħa ta’ bżonnijiet soċjali oħra. Hu għalhekk li appellat lill-pubbliku biex din is-sena wkoll, bħal kull sena oħra, ikun ġeneruż ukoll fl-Istrina.

Minbarra d-donazzjonijiet tal-pubbliku, fi tmiem il-mixja, il-Prim Ministru Robert Abela ppreżenta donazzjoni ta’ €20,000 mill-Fond għall-Kawżi Ġusti, lill-Malta Community Chest Fund.

Il-Mixja mal-President ta’ din is-sena kienet possibbli wkoll bl-għajnuna ta’ SportMaltaEnemed, il-Fond għall-Kawżi Ġusti, BOVEurosport MaltaVisit MaltaBNF Bank plcMAPFREMaypoleLeapmotor MaltaKPMGPoweradeThe PointFalcotrans LtdThe Convenience ShopAlgida MaltaParadise Bay Resortl-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Magic Malta 91.7 u Ponder & Pitch.

Il-Mixja mal-President saret ukoll bl-assistenza ta’ diversi entitajiet, fosthom il-Korp tal-Pulizija, il-Forzi Armati ta’ Malta, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, uffiċjali tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, ta’ Transport Malta u tal-LESA, kif ukoll voluntiera tal-Malta Red Cross, li akkumpanjaw lill-parteċipanti matul il-mixja.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport