Thursday, December 26, 2024

Issir iċ-ċerimonja ta’ Jum it-Tifkira f’Għawdex

Aqra wkoll

Jum it-Tifkira ġie mfakkar f’Għawdex aktar kmieni dalgħodu fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat fejn saret ċerimonja li ġie organizzata mill-Kumitat Ċelebrazzjoni Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan il-Ministru għal Għawdex.

Fiċ-ċerimonja sar servizz ta’ talb u tqiegħed ta’ kuruni quddiem il-monument tal-vittmi taż-żewġ gwerer.

Għal din iċ-ċerimonja ħadu sehem is-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta fejn immarċjaw minn Pjazza Savina sa ħdejn il-Monument ta’ Kristu Re fi Pjazza Indipendenza. Dr Paul George Psiani għamel introduzzjoni u messaġġ dwar dan il-jum kif ukoll qara poeżija miktuba minn Anton Buttigieg. Inqraw ukoll diversi messġġi minn kelliema oħrajn.

Hekk kif l-arloġġ taċ-Ċittadella beda idoqq il-11-il siegħa saret minuta silenzju, (il-jum w il-ħin li fih ġie ffirmat l-Armistizju fl-1918 li ġab it-tmiem tal-ewwel gwerra dinjija) segwita mill-Last Post u r-Reveille tal-Forzi Armati ta’ Malta. Wara l-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, poġġa l-ewwel kuruna tradizzjonali tal-peprin aħmar f’riġlejn il-monument tal-gwerra, fejn ma diversi kuruni oħra jfakkru l-vittmi Għawdxin li mietu bejn is-snin 1939-1945 b’azzjoni tal-għadu matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Il-monument, magħruf ukoll bħala l-Monument ta’ Kristu Re, huwa xogħol tal-1949 tal-iskultur Taljan Carlo Pisi u ġie żvelat minn H.M. Ir-Reġina Eliżabetta II fis-7 ta’ Mejju 1954.

Ekonomija

Sport