Thursday, November 28, 2024

Issir il-laqgħa ġenerali annwali tal-Malta Motorsport Federation

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Nhar it-Tnejn, 25 ta’ Novembru, il-Malta Motorsport Federation għamlet il-laqgħa ġenerali annwali tagħha fl-Old Motors Club Malta Clubhouse fil-Mosta.

Matul din il-laqgħa ġenerali annwali saru l-elezzjonijiet għall-karigi ta’ viċi president u segretarju ġenerali. William England ma kienx ikkontestat għall-kariga ta’ Viċi President, u Patrick Gauci ikkontesta lil Jonathan Bruno għall-kariga ta’ Segretarju Ġenerali. Gauci huwa s-segretarju ġenerali tal-Island Karting Club. William England kien ikkonfermat bħala Viċi President filwaqt li Jonathan Bruno reġa’ ġie elett fil-kariga ta’ Segretarju ħenerali; iż-żewġ karigi huma għat-tliet snin li ġejjin.

L-amministrazzjoni attwali tal-Malta Motorsport Federation tikkonsisti minn Duncan Micallef bħala President, William England bħala Viċi President, Jonathan Bruno bħala Segretarju Ġenerali, Oliver Attard bħala Viċi Segretarju, u Ruben Galea bħala Teżorier.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport