Sunday, October 26, 2025

Issir il-preżentazzjoni lir-rebbieħa tas-46 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race

Aqra wkoll

Ir-Rolex Middle Sea Race hija kompetizzjoni mimlija meravilji u sorpriżi. Il-korsa l-aktar sabiħa fid-dinja tat-tlielaq offshore tibda u tispiċċa f’post mimli storja. B’konformità ma’ din ix-xena spettakolari, iċ-ċerimonja finali tal-premjijiet mhix waħda ordinarja.

Din is-sena wkoll, iċ-ċerimonja – li saret f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, ġewwa s-Sacra Infermerija – onorat il-kisbiet ta’ 117-il jott parteċipanti u kienet okkażjoni emozzjonanti u memorabbli.

L-aktar suċċessi ewlenin tar-Rolex Middle Sea Race 2025:

  • Balthasar, Mill/Maxi 72, Skipper – Louis Balcaen – Rebbieħ Overall taħt IRC
  • Black Jack 100, Reichel/Pugh 100, Sid – Remon Vos – Monohull Line Honours
  • Lunatika, Sun Fast 3600, Guido Baroni & Alessandro Miglietti – Rebbieħa Double-Handed taħt IRC
  • Balthasar, Mill/Maxi 72, Skipper – Louis Balcaen – Trofew Boccale del Mediterraneo taħt ORC
  • Allegra, Irens 84, Sid – Adrien Keller – Rebbieħ Oveall tal-Multihulls taħt MOCRA

Iċ-ċerimonja tal-premjijiet saret fil-preżenza tal-Prim Ministru ta’ Malta Dr Robert Abela u martu Dr Lydia Abela, kif ukoll l-Ambaxxatur tal-Italja H.E. Valentina Setta, u diversi personalitajiet Maltin. Filwaqt li laqa’ lill-preżenti, il-Commodore tar-Royal Malta Yacht Club (RMYC), Mark Napier, qal: “Qed ninġabru biex niċċelebraw it-tmiem tal-46 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race. Rajna wirja straordinarja ta’ ħila u kompetenza tul il-korsa, bi kompetituri li biddlu l-pożizzjonijiet sa l-aħħar mumenti tat-tellieqa. Il-kompetizzjoni kienet iebsa, iżda l-ispirtu sportiv kien preżenti tul it-tellieqa kollha.”

Il-Commodore Napier semma l-kundizzjonijiet kalmi li ttrasformaw il-prova f’test mentali u fiżiku, u rrikonoxxa li ħafna mill-ekwipaġġi preżenti ma kinux se jirċievu trofew. Huwa żied jgħid: “Fl-ibburdjar, bħal fil-ħajja, mhux kollox hu dwar ir-rebħ. Hu dwar il-vjaġġ, dwar l-isfidi li jiġu megħluba, il-lezzjonijiet li titgħallem u l-ħbiberiji li jinbena matul l-vjaġġ. Nifraħ u nirringrazzja sinċerament lill-parteċipanti kollha.”

Wieħed mill-akbar applawsi kien għal voluntiera numerużi li jagħtu ħinhom qabel u matul it-tellieqa. “The Bridge”, li tinsab fil-linja tat-tmiem, tkun qeda topera għal 24 siegħa kuljum waqt li t-tellieqa tkun għaddejja, u sservi bħala konnessjoni vitali bejn il-jottijiet u l-art.

Wara li esprima r-rikonoxximent profond tal-Club lill-isponsor ewlieni Rolex, li s-sħubija tiegħu testendi għal kważi 25 sena, Napier rringrazzja wkoll lil dawk li joffru appoġġ u lill-entitajiet pubbliċi bħal l-Awtorita tat-Turiżmu Maltija, Transport Malta, Forzi Armati ta’ Malta, u Yachting Malta.

Hu enfasizza wkoll li l-organizzazzjoni tat-tellieqa tiddependi fuq tim dedikat magħmul minn membri tal-kumitat u staff tal-Club, kif ukoll it-tim tal-catering u l-iskola tal-ibburdjar,  li kollha jaħdmu biex jiżguraw li kull dettall ikun kopert mill-bidu sat-tmiem. Is-sħubija mar-Royal Ocean Racing Club, li tmur lura għall-bidu tat-tellieqa fl-1968, kienet ukoll imfakkra, kif ukoll il-ġurija internazzjonali.

Il-premju finali ngħata lir-rebbieħ overall, u wara li rċieva t-trofew, Bouwe Bekking, li kien fuq Balthasar, qal:  “Naħseb li din hija waħda mill-akbar tlielaq offshore li tista’ tagħmel. Għalhekk, fl-aħħar, tara tbissimiet fuq ħafna wċuħ. Hemm organizzazzjoni eċċellenti, ospitalità mill-aqwa minn Malta u ma nistgħux ninsew lill-isponsor Rolex, li l-appoġġ tiegħu huwa essenzjali biex isir avveniment bħal dan. Aħna kuntenti ħafna li rbaħna waħda mill-akbar tlielaq offshore u żgur nerġgħu nkunu lura s-sena d-dieħla.”

Bekking żied jgħid dwar aspett importanti ieħor: “In-numru ta’ żgħażagħ li qed jieħdu sehem f’din it-tellieqa huwa inkredibbli. Huwa sabiħ tara tant żgħażagħ – il-futur tal-ibburdjar  – jieħdu sehem fir-Rolex Middle Sea Race. F’ftit snin oħra, huma wkoll jistgħu jkunu fuq din l-palk. Grazzi lis-sidien li jagħmluha possibbli.”

Il-47 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race se tibda nhar is-Sibt, 17 ta’ Ottubru 2026.

IRC Overall & rebbieħ Rolex Middle Sea Race Trophy

Balthasar, Louis Balcaen

Monohull Line Honours & rebbieħ RLR Trophy,  Malta Tourism Authority Trophy (L-Ewwel Jott Barrani)

Black Jack 100, Sid – Remon Vos / Skipper –  Tristan Le Brun, MON

Rebbieħa Klassi IRC

IRC 1 Balthasar, Skipper – Louis Balcaen

IRC 2 Django Deer, Owner – Giovanni Lombardi Stronati, ITA

IRC 3 Chenapan IV, Owner – Gilles Caminade, FRA

IRC 4 Ton Ton Laferla, Owner – Jonathan Gambin, MLT

IRC 5 Noisy Oyster, Skipper – Nikki Henderson, GBR

IRC 6 Zephyr, Owner – Simon Toms, GBR

Rebbieħa Overall Kategorija ORC u Trofew Boccale del Mediterraneo

Balthasar, Skipper – Louis Balcaen

Rebbieħa Klassi ORC

ORC 2 Balthasar, Skipper – Louis Balcaen

ORC 3 Beymetal Team LR – TOK Racing, Sid – Onur Tok, TUR

ORC 4 Elusive 2, Sidien – Aaron, Christoph & Maya Podesta, MLT

ORC 5 Mon Ile, Sid – Gianrocco Catalano, ITA

ORC 6 Mowgli of Portsmouth, Sidien – Patrick & Vincent Harris, GBR

L-Ewwel Jott Malti, b’skipper Malti, u maġġoranza ta’crew Maltin – Rebbieħ Trofew Transport Malta.

Artie III, Lee Satariano & Christian Ripard, MLT

L-Ewwel Jott Malti taħt IRC u rebbieħ tat-Trofew Arthur Podesta

Vivace, Andrew Agius Delicata and Matthew Gabriele, MLT

L-Ewwel Jott Malti taħt 0RC u rebbieħ tat-Trofew Teddie Borg

Vivace, Andrew Agius Delicata and Matthew Gabriele, MLT

Yachting Malta Nations Cup (Pajjiż bl-aħjar tlett riżultati ħin Korret IRC)

Italja – Django Deer, Cippa Lippa X and Valentina

L-ewwel Jott Taljan taħt ORC u rebbieħ tat-Trofew Federazione Italian Vela

Diavolina, Michele Puggioni, ITA

MOCRA Trofew għall-Aħjar Multihull

Allegra, Adrien Keller, SUI

RMYC Sustainability Award

JYS Jan, Claudio Budeja, MLT

L-aħħar żewġ jottijiet temmew it-tellieqa ftit wara l-0400 ta’ dalgħodu. Minn 117-il jott, 110 temmew il-korsa, filwaqt li sebgħa rtiraw.

Is-47 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race se tibda nhar is-Sibt, 17 ta’ Ottubru 2026.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport