Friday, November 15, 2024

Issir is-16-il edizzjoni tal-Malta Golf Association Shield

Aqra wkoll

Is-16-il edizzjoni tal-Malta Golf Association Shield sponsorjata minn Crosscraft saret fil-kumpless tal-Golf fil-Marsa.

B’kollox ħadu sehem 104 parteċipant b’84 plejer maskili u 20 plejer femminili. 

Fis-sezzjoni tal-irġiel, kien Patrick Baldacchino li spiċċa fl-ewwel post bl-aqwa skor aggregate segwit minn Panagiotis Baltzis u Matthew Mangion. 

Mill-banda l-oħra, fis-sezzjoni femminili, kienet Doreen Balzan li kellha skor tajjeb ħafna tant li spiċċat fl-ewwel post qabel Geraldine Cranley u Joanne Cassar.

Il-president tal-Malta Golf Association William Beck irrigrazzja lill-parteċipanti kollha filwaqt li qal li dan it-turnament kien wieħed ta’ suċċess. Hu qal li l-assoċjazzjoni qed tagħmel dak kollu possibbli sabiex din il-logħba tkompli tiżviluppa filwaqt li tkompli torganizza attivitajiet bħal dawn. Hu rringrazzja wkoll lid-ditta Crosscraft li sponsorjat din l-attivita’.

Sadanittant il-president Beck qassam il-premjijiet fil-preżenza ta’ Robert Farrugia Vella, direttur maniġerjali tad-ditta Crosscraft u diversi membri oħra mir-Royal Golf Club.

Ekonomija

Sport