Il-Futsal Malta Association b’kollaborazzjoni mal-Malta Women’s 5-a-side Football Association organizzaw Open Day fil-Padiljun Sportiv tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport sabiex jintroduċi l-futsal anke fost il-plejers femminili.
Diversi plejers nisa ħadu sehem f’din l-attivita’ li fiha ġew spjegati sew ir-regoli marbuta ma’ dan l-isport.
Diversi plejers u kowċis fosthom Mark Zammit, Dylan Micallef, Brandon Debono, Zvezdan Vukovic, Andrea Naudi, Antonio Cassar, Zeljko Anicic u Christian Castagna taw sessjonijiet prattiċi bil-kollaborazzjoni tad-direttur tekniku Mark Marlow.
Saret ukoll preżentazzjoni dwar ir-regoli tal-futsal mill-kap tar-referis Georgi Bitri.
Il-president tal-FMA Mark Borg spjega l-importanza li jinħoloq ukoll kampjonat tal-futsal femminili u eventwalment ikun ukoll tim nazzjonali sabiex dan l-isport ikompli jikber dejjem aktar.