Tuesday, February 18, 2025

Issir protesta oħra b’rabta ma’ Forti Chambray

Aqra wkoll

Illum il-Koalizzjoni għal Għawdex, flimkien mal-Moviment Graffitti u Din l-Art Ħelwa, wettqu azzjoni diretta bil-għan li jixħtu dawl fuq Forti Chambray, hekk kif skonthom hemm nuqqas ta’ riforma fil-liġi tal-appelli fl-ippjanar.

L-għaqdiet saħqu li, grazzi għall-kontribut finanzjarju tal-poplu, huma għadhom kif ippreżentaw żewġ appelli kontra l-permessi irregolari li ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar. Huma għamlu wkoll talba għas-sospensjoni tax-xogħlijiet waqt li jkun għaddej l-appell.

Dan ingħad fi stqarrija mibgħutha mill-Moviment Graffiti, li qalet ukoll; “L-azzjoni diretta tal-lum enfasizzat ir-riskju li din l-assurdità terġa’ tirrepeti ruħha fil-każ tal-Forti Chambray”. Ingħad li dawn l-isforzi kollha qed isiru bil-għan li jiġi salvat il-wirt storiku li jinsab fil-Forti Chambray u li llum jaf se tkun l-aħħar darba li naraw dan il-wirt storiku.

L-għaqdiet tennew is-sejħa tagħhom għar-riforma immedjata fil-liġi tal-appelli sabiex id-dritt tal-poplu li jiġġieled kontra l-illegalitajiet jiġi tassew imħares u ma tibqax tiġi imminata s-saltna tad-dritt. Huma spiċċaw l-azzjoni diretta fil-Forti Chambray billi wissew li jekk it-talba għas-sospensjoni tax-xogħlijiet ma tiġix milqugħa, huma lesti li jieħdu azzjonijiet diretti sabiex iwaqqfu t-tkissir ta’ wirt il-poplu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport