Mara ta’ 50 sena residenti Marsaskala sofriet ġrieħi ta’ natura gravi wara li kienet involuta f’inċident f’Marsaskala. L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5.30 a.m. fi Triq il-Gardiel.
Jirriżulta li raġel ta’ nazzjonalità Taljana tilef il-kontroll tal-vettura Toyota MR2 li kien qed isuq, bil-konsegwenza li ħabat ma’ vettura tat-tip Audi li kienet ipparkjata. Flimkien mat-Taljan kien hemm il-mara ta’ 50 sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lill-mara u permezz ta’ ambulanza ttieħdet l-Isptar Mater Dei biex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.