Saturday, May 4, 2024

Issofri ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura f’Pembroke

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mara kellha tiddaħħal l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:00 p.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Burma, Pembroke. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-mara; ta’ 49 sena residenti Pembroke, ntlaqtet minn vettura Nissan Qashqai, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 47 sena residenti l-Pembroke ukoll. 

Fil-post issejħet ambulanza li assistiet lill-mara sakemm setgħet tittieħed lejn l-Isptar għal aktar kura. Aktar tard hija ġiet ċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport