Mara sofriet minn grieħi gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-5:00 a.m kienet involuta f’inċident li seħħ fil-Qala Għawdex.
Minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li mara ta’ 57 sena residenti Marsaskala kienet waqgħet minn għoli ta’ madwar sular u nofs għal ġo barriera waqt li kienet miexja minn passaġġ dejjaq ma’ xi persuni oħra.
Hija ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħdet b’ambulanza lejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.