Saturday, April 27, 2024

“Issospendejna żewġ dealers u nappellaw lil dawk kollha involuti biex jersqu bil-provi”

Is-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tal-Importaturi ta’ Vetturi Użati (UVIA)

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Aktar kmieni dan is-sit ippubblika informazzjoni dwar allegat tbagħbis fil-Kilometri ta’ vetturi impurtati mill-Ġappun

B’reazzjoni għal din l-aħbar is-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tal-Importaturi ta’ Vetturi Użati (UVIA) ikkonferma li fl-1 ta’ Ġunju ttieħdu l-passi kollha neċessarji permissibbli fl-istatut tagħha kontra ż-żewġ dealers involuti.

Dr Albert Fenech qal li l-assoċjazzjoni ssospendiet b’mod definit lill-membri inkwistjoni u sussegwentament twaqqafhom milli jimpurtaw jew ibigħu tali vetturi.

L-UVIA qiegħda tħeġġeġ lill-individwi kollha li setgħu ġew affettwati kwistjoni, biex jippreżentaw kwalunkwe informazzjoni li jista’ jkollhom.

Fenech tenna jgħid li l-assoċjazzjoni impenjata li taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet sabiex iwaqqfu lil   dawk involuti u jieħdu azzjoni kontra l-allegat abbuż.

Sport