Wednesday, July 24, 2024

It-18-il sena anniversarju mill-konsagrazzjoni episkopali ta’ Mario Grech bħala Isqof t’Għawdex

Aqra wkoll

Kien eżatt fit-22 ta’ Jannar tal-2006 meta Mario Grech, Kapillan tal-Parroċċ ta’ Kerċem ġie kkonsegrat Isqof t’Għawdex biex b’hekk ħa post l-Isqof Nikol Cauchi.

Kien Papa Benedittu XVI meta fis-26 ta’ Novembru tas-sena ta’ qabel kien ħabbar li Mario Grech kien ġie nnominat bħala Isqof t’Għawdex bil-konsagrazzjoni episkopali ssir is-sena ta’ wara.

Il-kardinal Mario Grech twieled fl-20 ta’ Frar tal-1957 u rċieva l-Ordni Sagri fis-26 ta’ Mejju tal-1984.

Kien imbgħad fit-2 ta’ Ottubru tal-2019 meta Papa Franġisku ħabbar li kien qiegħed jaħtar lill-Isqof Mario Grech bħala Segretarju Ġenerali tal-Sinodu tal-Isqfijiet biex b’hekk jieħu post il-Kardinal Lorenzo Baldisseri li kien se jirtira.

Għalhekk Mario Grech ma kellux għażla oħra ħlief li jirriżenja minn Isqof t’Għawdex.

Imbgħad fil-25 ta’ Ottubru tal-2020 Papa Franisku kien semma lil Mario Grech l-ewwel wieħed fil-lista tal-kardinali li kienu se jinħatru. Hu kien ħa din il-kariga x-xahar ta’ wara.

Ekonomija

Sport