Papa Ljun XIV, dalgħodu ħeġġeġ lill-fidili kollha tad-dinja biex nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Awwwisu jkun jum ta’ talb u sawm bħala talba lil Alla biex fid-dinja jkun hawn il-paċi.
Il-Papa għamel din is-sejħa waqt l-Udjenza Ġenerali li saret dalgħodu fis-sala Pawl VI. Il-ħsibijiet tal-Papa jum biss wara li temm il-vaganzi tiegħu reġgħu dwar il-ħafna gwerew li hawn madwar id-dinja fosthom fl-Ukranja u fil-Lvant Nosfani.