Monday, December 23, 2024

It-Tabib Frank Portelli: “It-tarbija tal-omm tqila pożittiva għall-Covid-19, irriżultat negattiva għall-virus”

Aqra wkoll

“It-tarbija tal-omm li meta ddaħħlet l-isptar biex twelled irriżultat pożittiva għall-Covid-19, irriżultat negattiva għall-virus.” Żvela dan it-Tabib Frank Portelli f’kumment li għamel fuq il-midja soċjali.

Dan jikkonferma dak li qal il-Professur Yves Muscat Baron, Kap tad-Dipartiment tal-Obstetrija u l-Ġinekoloġija li spjega kif s’issa ma jidhirx li l-coronavirus jaffettwa lit-tarbija ġol-ġuf, imma l-omm tista’ tgħaddihielha wara l-ħlas jekk tkun viċin tagħha.

F’dak il-każ it-tarbija tiġi separata minn mat-tarbija anke jekk tkun tista’ tiġbed il-ħalib ta’ sidirha peress li l-virus ma jgħaddix mill-ħalib.

Il-ġinekologu sostna li n-nisa tqal jistgħu jkomplu jattendu għall-viżti tat-tqala u serrħilhom rashom li fl-isptar ittieħdu l-proċeduri neċessarji biex tinżamm id-distanza.

Fl-istess waqt huwa ssuġġerixxi lin-nisa biex ma joħorġux tqal qabel xahrejn oħra.

Ekonomija

Sport