Wednesday, March 27, 2024

“It-tablet kissret l-imħuħ tat-tfal… problema kbira ta’ obeżità”

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Barra dawn, rajt ukoll li hemm problema kbira oħra – dik tal-obesità, speċjalment fl-irġiel. Fl-obesità Malta rreġistrat fost l-ogħla fl-Ewropa. Jekk taqbad il-vjolenza domestika, l-ibbuljar u l-obesità flimkien, joħroġ fiċ-ċar li m’aħniex nippromwovu biżżejjed l-attivitajiet sportivi. Meta tanalizza kollox f’daqqa tara li hemm problema ta’ fiżika,” Qalilna l-kowċ tal-arti marzjali Noel Mercieca.

“Iċ-Ċiniżi l-ewwel jitgħallmu l-arti marzjali u mbagħad jitgħallmu l-ballun” 

Noel Mercieca

“Mhux nitgħallmu l-ballun l-ewwel. Iċ-Ċiniżi l-ewwel jitgħallmu l-arti marzjali u mbagħad jitgħallmu l-ballun. Iżda aħna, sfortuntament, nagħmlu kollox bil-kontra. Ilna s-snin insostnu dan,” iddikjara Mercieca. Huwa, li fil-pjanijiet tiegħu hemm proġetti li jibda jgħallem studenti fi skejjel lokali li lesti jinvestu fl-arti tas-self defense tal-istudenti tagħhom, spjega li barra t-teknika wieħed irid jitgħallem id-dixxiplina, kwalità personali li huwa tant magħruf għaliha.

Il-kowċ tal-arti marzjali Noel Mercieca jitkellem dwar l-importanza li t-tfal jipparteċipaw iżjed fl-isport
Ritratt: Għaddi s’hawn 2022

Hawnhekk Mercieca aċċenna għall-fatt li l-ġenerazzjoni tal-lum moħħha biss fit-teknoloġija. Għalih, “it-tablet kissret l-imħuħ tat-tfal. Qabel kellna video games. Jien kelli u għadni nħobbhom però l-hikes tal-mużew konna mmorru, nilagħbu l-football barra u nkissru xi tieqa konna u boċċi konna nilagħbu wkoll. Iżda, illum it-teknoloġija f’id it-tfal tista’ tinġarr kullimkien u huma l-ħin kollu fuqhom”. 

Mercieca qal li hija ħasra li jara ġenituri jitħarrġu mentri t-tfal tagħhom jagħżlu li joqogħdu bilqiegħda fuq it-tablet jistennewhom. Il-messaġġ tiegħu huwa li għandna ninkoraġġixxu u ninsistu li wliedna jneħħu l-apparat teknoloġiku minn idejhom u jissieħbu f’attività sportiva, tkun xi tkun basta jitħarrġu fiżikament. 

Għal dawk il-persuni vittmi ta’ abbuż bħal dawk ta’ vjolenza domestika u ibbuljar, l-arti marzjali tista’ tgħinhom iżidu l-kunfidenza personali, jiddefendu lilhom infushom f’każ ta’ bżonn u jissaħħu fiżikament bil-benefiċċju kollha li attività sportiva toffri. 

Ekonomija

Sport