Saturday, March 15, 2025

It-taħditiet biex jiġi estiż il-waqfien mill-ġlied f’Gaza naqsu milli jilħqu ftehim

Aqra wkoll

It-taħditiet biex jiġi estiż il-waqfien mill-ġlied f’Gaza naqsu milli jilħqu ftehim. Dan iddikjarah uffiċjal Palestinjan lill-midja internazzjonali BBC, hekk kif l-Istati Uniti akkużaw lill-Ħamas li għamel talbiet “għal kollox imprattikabbli” waqt laqgħat fil-Qatar.

In-negozjaturi kienu qed jippruvaw isibu triq ‘il quddiem wara li l-ewwel fażi tat-tregwa temporanja ntemmet fl-1 ta’ Marzu.

L-Istati Uniti pproponiet li testendi l-ewwel fażi sa nofs April, inkluż skambju ieħor ta’ ostaġġi miżmuma mill-Ħamas u priġunieri Palestinjani miżmuma mill-Iżrael.

Inant uffiċjal Palestinjan qal li l-Iżrael u l-Ħamas ma qablux dwar aspetti ewlenin tal-ftehim stabbilit mill-mibgħut tal-Istati Uniti fil-Lvant Nofsani Steve Witkoff fit-taħditiet indiretti.

L-Iżrael għad irid jikkummenta, iżda l-uffiċċju tal-Prim Ministru Benjamin Netanyahu qal li se jirċievi rapport mit-tim tan-negozjar tal-Iżrael aktar tard is-Sibt.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport