Saturday, December 13, 2025

It-taħditiet ta’ konċiljazzjoni ma’ Teva jintemmu mingħajr ftehim… il-GWU se tiddetermina l-passi li jmiss

Aqra wkoll

Minkejja djalogu kostruttiv u sforzi matul sensiela ta’ laqgħat ta’ konċiljazzjoni bejn it-Taqsima Kimika u Enerġija fi ħdan il-General Workers’ Union (GWU) u l-maniġment ta’ Teva flimkien mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi (DIER) rigward in-negozjati li għaddejin biex jintlaħaq qbil dwar il-Ftehim Kollettiv, id-diskussjonijiet intemmu mingħajr ftehim.

Il-GWU tibqa’ impenjata li tissalvagwardja l-interessi tal-membri tagħha u tiżgura li t-tħassib tagħhom jiġi indirizzat bis-sħiħ. Fid-dawl tar-riżultat ta’ dawn il-laqgħat, il-unjin issa se torganizza laqgħa mal-membri tagħha biex tipprovdi aġġornament dettaljat dwar is-sitwazzjoni, tiġbor feedback, u tiddetermina kollettivament il-kors ta’ azzjoni li jmiss.

Il-GWU tenfasizza li tapprezza li jkun hemm komunikazzjoni miftuħa u trasparenti matul dan il-proċess. Hi se tkompli tfittex soluzzjonijiet ġusti u ekwi li jirriflettu l-bżonnijiet tal-membri tagħha filwaqt li żżomm il-prinċipji tad-djalogu soċjali u r-relazzjonijiet industrijali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport