Friday, January 9, 2026

‘It-taħriġ huwa l-aqwa mediċina għas-saħħa tagħna lkoll’ – Johann Vella

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika fosthom lejn l-OCR?

L-imħabba tiegħi għall-atletika bdiet minn età żgħira. Bdejt bil-futbol u wara tħajjart nibda l-OCR. L-OCR bdejt nipprattikah madwar seba’ snin ilu.

X’suċċessi maġġuri rnexxielek tikseb sa issa f’dan l-isport li tant tħobb?

Jien dejjem kont persuna li nħobb nieħu sehem f’kompetizzjonijiet ta’ gruppi u mhux individwali. Bħala suċċessi personali nista’ ngħid li l-akbar suċċess għalija kien u għadu meta ningħaqdu flimkien u ngħinu lil min hu fil-bżonn permezz ta’ donazzjonijiet.

Konxju mill fatt li qed titrażmetti l-imħabba tiegħek lejn l-atletika lill-grupp ta’ Pulizija. Agħtina iktar dettalji.

Jien ili nagħmel parti attiva mill-kumitat tal-isport fil-Korp tal-Pulizija għal dawn l-aħħar erba’ snin, fejn minn hawn nixtieq nirringrazzja lil kull delegat tas-sapport li jagħtuni.

Wieħed mir-rwoli tiegħi huwa li nikkordina t-taħriġ u l-loġistika ta’ “The Police Grid Team”. Ta’ kull ġimgha jsir taħriġ speċifiku u mmirat biex intejbu l-livell ta’ nifs, l-abbilitajiet u s-saħħa ta’ dawn il-membri. 

Bl-għajnuna tal-amministrazzjoni kif ukoll il-Kummissarju tal-Pulizija dan it-taħriġ huwa possibbli biex dawn il-membri mentalment u fiżikament iħossuhom aħjar. Nixtieq insemmi wkoll li dawn il- membri jiġu eżentati mix-xogħol waqt it-taħriġ.

Kif tqis il-livell tal-atletika f’pajjiżna fil-preżent?

Naħseb li l-livell tal-atletika f’pajjiżna tjieb ħafna. Jien niftakar żmien fejn lanqas kont tara lil ħadd jiġri barra. Illum l-affarijiet inbidlu, hawn aktar għarfien. Il-media soċjali llum il-ġurnata hija arma tajba biex jiġu mħabbra kompetizzjonijiet, li għaldaqstant ħa tħeġġeġ aktar nies jibdew xi tip ta’ attività sportiva.

U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?

Nitħarrgu ġo postijiet pubbliċi u postijiet armati għall-OCR.

Bħala kompetizzjonijiet interni ikollna ħafna … biex insemmi xi ftit ikollna;

• The Police Hyrox Challenge 

• POLRUN 5KM (Easter & Christmas addition) li tkun ukoll miftuħa għall-membri tal-pubbliku

• Snooker

• Chess

• Kampjonat tal-futbol intern bejn distretti u skwadri speċjalizzati.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-atletika?

Jien illum il-ġurnata għandi 40 sena u l-atletika hija parti importanti fil-ħajja tiegħi. Bħalissa qed nistudja biex inkompli ninforma ruħi u nibqa’ aġġornat bħala kowċ. It-taħriġ huwa l-aqwa mediċina għas-saħħa tagħna lkoll. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-komunità kollha ta’ THE FITNETICS fejn jien nagħmel it-taħriġ tiegħi, kif ukoll inħarreġ.

Għaddi messaġġ finali lil kull min jixtieq jaghmel karriera ta’ suċċess fl atletika.

Il-messaġġ tiegħi huwa dan … qatt taqta’ qalbek, pass wara pass tasal. Bl-Ingliż jgħidu “where the mind goes, the body will follow”. Dixxiplina, konsistenza u determinazzjoni huma essenzjali fl- atletika biex tasal għal dak li tixtieq!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport