Sunday, October 27, 2024

It-Tajlandja tillegalizza l-użu tal-kannabis iżda mhux għal skop rikreattiv

Aqra wkoll

It-Tajlandja llegalizzat it-tkab­bir tal-marijuana u l-ikkonsmar tagħha mal-ikel u x-xorb. Dan huwa l-ewwel pajjiż Ażjatiku li llegalizza l-użu ta’ din il-pjanta bil-għan li jkabbar is-settur agrikolu u anke t-turiżmu. Minkejja dan, ġewwa t-Tajlandja huwa xorta illegali li wieħed ipejjep jew juża l-marijuana għal rikreazzjoni. Il-gvern tal-pajjiż qiegħed jaħdem bis-sħiħ biex dan is-settur jaqbad tant li fil-jiem li ġejjin se jkun qiegħed anke jqassam sa miljun żerriegħa ta’ din il-pjanta lill-bdiewa biex dan is-settur jingħata spinta. 

Hekk kif l-użu tal-marijuana ġie legalizzat, għadd ta’ persuni rħewlha lejn ħwienet li kienu qed ibigħu ikel u xorb imħallat mal-marijuana. Din ir-riforma ġewwa t-Tajlandja ġiet milqugħa b’mod pożittiv tista’ tgħid minn kulħadd u hija waħda revoluzzjonarja f’dan il-pajjiż li għandu fost l-iktar liġijiet stretti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ droga. 

It-Tajlandja għandha tradizzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu tal-marijuana, fejn lura fl-2018 dan il-pajjiż kien illegalizza l-użu tagħha għal skopijiet mediċinali. 

Fid-dawl ta’ dan kollu, l-awtoritajiet tal-pajjiż kienu konxji li issa jaf ikun hemm min jabbuża minn din il-liġi u jibda juża l-marijuana għal skopijiet rikreazzjonali u għalhekk huma ħasbu għal dan ukoll. 

L-awtoritajiet qalu li estratt tal-kannabis ma jridx ikollu iktar minn 0.2% tal-kimika magħrufa bħala  tetrahydrocannabinol (THC) u għalhekk din it-tip ta’ kannabis ma jkollhiex is-saħħa mixtieqa minn dawk li jużawha għal skop ta’ rikreazzjonali.

Sport