Thursday, January 23, 2025

It-Tajlandja tillegalizza ż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess

Aqra wkoll

Mijiet ta’ koppji tal-istess sess madwar it-Tajlandja rċevew ċertifikati taż-żwieġ nhar il-Ħamis, waqt festa ta’ kuluri, tbissim u anki dmugħ fil-mument li kien ilhom żmien joħolmu li għad iseħħ. L-attivisti rnexxielhom jipperswadu lill-gvern biex jikkunsidra li jbiddel il-liġijiet taż-żwieġ.

Tressaq quddiem il-parlament abbozz ta’ liġi ta’ sħubija ċivili proposta, li joffri xi rikonoxximent uffiċjali lill-koppji tal-istess sess, iżda mhux l-istess drittijiet legali bħall-koppji eterosesswali.

“Il-bandiera tal-qawsalla qed tittajjar fil-għoli fuq it-Tajlandja”, kitbet il-Prim Ministru tat-Tajlandja, Paetongtarn Shinawatra, fuq Facebook minn Davos fejn qed tattendi l-Forum Ekonomiku Dinji.

Kien pageant ta’ kostumi hekk kif uffiċjali tad-distrett ta’ Bangkok organizza festin u kien qed jagħti biljetti tal-ajru lill-ewwel koppja li rreġistraw iż-żwieġ tagħhom hemmhekk.

L-attivisti kienu qed jittamaw li jibdlu l-marka 1,448 għar-reġistrazzjonijiet taż-żwieġ sal-aħħar ta’ nhar il-Ħamis. L-1448 hija l-klawżola fil-Kodiċi Ċvili Tajlandiż li tkopri d-definizzjoni ta ‘żwieġ.

Ċrtifikat taż-żwieġ ifisser li issa l-koppji LGBTQ+ għandhom l-istess drittijiet bħal kwalunkwe koppja oħra biex jintrabtu li jiżżewġu, biex jimmaniġġjaw l-assi tagħhom, jirtu u anki jadottaw it-tfal.

Bil-liġi l-ġdida jistgħu wkoll jieħdu deċiżjonijiet dwar trattament mediku jekk is-sieħeb jew is-sieħba tagħhom jimirdu u jaqgħu fi stat ta’ inkapaċita. 

Il-liġi, li għaddiet miż-żewġ kmamar tal-parlament f’Ġnju tas-sena l-oħra qabel ma ġiet approvata mir-re Tajlandiż f’Settembru, hija pass kbir għad-drittijiet LGBTQ+ fil-pajjiż.

It-Tajlandja issa hija pajjiż ieħor fl-Asja fir-rikonoxximent tal-ugwaljanza fiż-żwieġ. In-Nepal u t-Tajwan biss kienu llegalizzaw żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess.

Madankollu, fit-Tajlandja, bit-tolleranza famuża tagħha lejn in-nies LGBTQ+, l-attivisti jgħidu li kellhom għamlu kampanja sostnuta u qawwija biex intrebaħ rikonoxximent legali.

Il-liġi l-ġdida se tibdel it-termini u riferenzi speċifiċi għas-sess bħal raġel u mara fil-Kodiċi Ċvili Tajlandiż li jkopru ż-żwieġ. Issa, b’dan it-tibdil, se jkunu riferuti b’termini newtrali bħal individwu u konjuġi.

Minkejja dan, hemm għexieren ta’ liġijiet fil-kodiċi legali Tajlandiż li għad ma sarux newtrali għall-ġeneru u għad hemm ukoll ostakli fil-mod ta’ koppji tal-istess sess li jużaw is-surrogacy biex ikollhom familja.

Il-ġenituri għadhom definiti taħt il-liġi Tajlandiża bħala omm u missier. Il-liġi wkoll għadha ma tippermettix lin-nies jużaw is-sess preferut tagħhom fuq dokumenti uffiċjali u b’hekk għadhom mwaħħlin mal-ġeneru tat-twelid tagħhom. Dawn huma oqsma fejn attivisti jgħidu li għad iridu jibqgħu jimbuttaw għall-bidla.

Kolp ta’ stat militari fl-2014 li waqqa l-gvern elett demokraatikament kien interrompa l-moviment. Kellhom jgħaddu għaxar snin oħra qabel ma l-ugwaljanza sħiħa taż-żwieġ ġiet approvata mill-parlament, parzjalment minħabba ż-żieda ta’ partiti politiċi żgħażagħ u progressivi li ddefendew il-kawża.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport