Thursday, April 25, 2024

“It-talbiet tal-MCCF jiġu s-sena kollha, grazzi lil dawk kollha involuti”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Sodisfatt għax is-sena l-oħra kellna naqbżuh dan l-avventiment minħabba l-covid pero din is-sena kien hemm minn ħadem u ħabbel rasu biex qasam il-mixja l-kbira madwar il-lokalitajiet madwar Malta u Għawdex”, hekk beda biex jgħid il-President tar-Repubblika ta’ Malta George Vella waqt l-intervent tiegħu mit-12-il edizzjoni tal-Fun Run tal-President 

Il-President żied jgħid li din l-attività x’aktarx wasslet għal aktar konkorrenza u l-messaġġ tant sabiħ, qiegħed jinxtered messaġġ isbaħ ta’ solidarjetà f’kull lokalità. “Qegħdin nagħtu kontribut żgħir fiżikament kif ukoll finanzjarjament għal dawk li jsibu rwieħhom f’sitwazzjonijiet soċjali mhux daqstant sbieħ u jkollhom bżonn l-għajnuna tal-Malta Community Chest Fund”, kompla Vella.

Huwa ma naqasx milli jirringrazzja lill-uffiċjali kollha involuti fosthom dawk li llum qegħdin jagħtu l-kontribut tagħhom billi jidderiġu t-traffiku u jipproteġu lil dawk kollha involuti bis-servizz tagħhom.

F’appell aħħari huwa awgura fejqan ta’ malajr lil dawk li llum ma setgħux jipparteċipaw minħabba kundizzjonijiet ta’ saħħa. Fakkar li t-talbiet tal-Malta Community Chest Fund jiġu matul is-sena kollha u għalhekk rringrazzja lil dawk kollha li jagħmlu sagrifiċċju kbir jew żgħir biex jgħinu għal din il-kawża ġusta.

Sport