Monday, April 14, 2025

It-talent huwa importanti, iżda d-dixxiplina, il-konsistenza, u l-mentalità t-tajba se jwassluk aktar – Erjon Beu

Aqra wkoll

Minn Cristian Micallef

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Bdejt nilgħab il-futbol bħall-biċċa l-kbira tat-tfal tal-età tiegħi, nieħu gost barra. Ta’ 10 snin, ħadtha aktar bis-serjetà u ngħaqadt ma’ klabb fil-livell taż-żgħażagħ, fejn bdejt nitħarreġ b’mod strutturat u niżviluppa l-ħiliet tiegħi.

Kif ġejt tilgħab Malta?

Wara li lestejt l-istudji tiegħi fl-Edukazzjoni Fiżika, ġejt Malta biex insegwi opportunitajiet ġodda. Dak iż-żmien kont qed nilgħab fl-Ewwel Diviżjoni, u ħabib issuġġerixxa li nagħmel ‘trial’ ma’ Ħ’Attard. Iddeċidejt li nagħtiha x-xutt u spiċċajt nilgħab għal erba’ xhur, b’parteċipazzjoni fil-logħob kollu tal-kbar u taż-żgħażagħ – 24 partita b’kollox. Dik l-esperjenza mmarkat il-bidu tal-karriera tiegħi tal-futbol f’Malta.

Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek preżenti ma’ Lija Athletic FC.

Lija Athletic kien il-klabb ewlieni tiegħi tul il-karriera tiegħi f’Malta … iddedikajt il-biċċa l-kbira taż-żmien tiegħi f’Malta ma’ dan il-klabb u huwa klabb li nħobb ħafna u nieħu gost nilgħab miegħu, bl-appoġġ tiegħu għeni nkompli nitjieb bħala plejer.

Kif tiddeskrivi l-andament ta’ Lija A. matul dan l-istaġun sa issa?

Ma lħaqniex l-aspettativi tagħna matul dan l-istaġun u m’għamilniex lill-klabb u lilna nfusna kbirin, iżda nwiegħdu li se nibqgħu niġġieldu sal-aħħar. Sa issa kien verament staġun diffiċli għalina.

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent, fosthom dak tal-BOV Challenge League?

Il-BOV Challenge League dejjem żamm livell tajjeb matul is-snin, imma jien personalment nippreferi l-format fejn it-timijiet kollha jilagħbu kontra xulxin f’żewġ rawnds aktar milli s-sistema maqsuma. Iżomm il-kompetizzjoni aktar bilanċjata u ġusta matul l-istaġun kollu.

U l-livell tal-grawnds fejn tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Il-grawnds huma dak li huma. Nifhem li ż-żamma tal-ħaxix naturali hija għalja iżda għall-inqas jistgħu ixarrbu l-grawnds bl-ilma qabel kull logħba. Dan ikun pass ‘il quddiem biex titjieb il-logħba b’mod ġenerali.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Il-futur tiegħi jiġi deċiż wara li jintemm il-kuntratt ma’ Lija li huwa fl-aħħar ta’ Mejju, madankollu jien impenjat bis-sħiħ li ngħin lil Lija iżommu l-istatus tagħhom fil-BOV Challenge League.

Għaddi messaġġ finali lil dawk iż-żgħażagħ li huma lesti li jagħmlu karriera ta’ suċċess fil-futbol.

It-talent huwa importanti, iżda d-dixxiplina, il-konsistenza, u l-mentalità t-tajba se jwassluk aktar. Isma’ mill-kowċis tiegħek, ħu ħsieb ġismek, u dejjem agħti l-100% fit-taħriġ u l-logħbiet.

Il-futbol huwa mimli tlugħ u nżul, iżda dawk li jibqgħu impenjati permezz tal-isfidi jiksbu suċċess.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport