Sunday, November 24, 2024

It-Talibani jarrestaw ħames tfajliet waqt protesta

Aqra wkoll

L-awtoritajiet Talibani arrestaw ħames tfajliet waqt li kienu qegħdin jipprtestaw fil-kapitali Afgana Kabul, minħabba li l-Gvern ħareġ liġi li biha n-nies ma jistgħux jattendu aktar universitajiet.

Mat-tfajliet ġew arrestati xi ġurnalisti li kienu qegħdin fuq il-post biex jirraportaw il-protesta.

Kien nhar it-Tlieta li għadda li l-Gvern Afgana ħareġ ordni li n-nies ma jistgħux jattendu aktar lezzjonijiet fl-universitajiet li hemm madwar il-pajjiż. Ilbieraħ imbgħad gwardji tal-Gvern marru fl-entraturi tal-universitajiet u ma ħallew lil ebda mara tidħol.

Din il-liġi hija l-aħħar waħda minn sensiela li l-Gvern tat-Talibani ħa kontra n-nisa fosthom biex dawn ma jkomplux jistudjaw. Il-Gvern Taliban kien reġa’ ħa l-poter hekk kif il-forzi Amerikani ħallew il-pajjiż.

Fil-bidu l-Gvern Taliban kien qal li mhux se jieħu miżuri estremi kontra n-nisa, iżda ftit wara beda jwaqqaf tfal bniet milli jkomplu l-istudji tagħhom fl-iskejjel sekondarji.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Afgan qal li din il-liġi jew kif inhuma jsejħulha huma stess “miżura temporanja” qed tidħol sakemm fl-iskejjel u l-universitajiet ikunu post sigur għan-nisa.

Eluf ta’ tfajliet kienu ftehmu li jiltaqgħu quddiem l-Università ta’ Kabul biex jipprotestaw, iżda l-Gvern bgħat mijiet kbar ta’ forzi tas-sigurtà. Kien għalhekk li fl-aħħar ħin kellhom ibiddlu l-post tal-protesta.

Sport