Sunday, December 22, 2024

It-Talibani jgħidu lin-nisa li jaħdmu fl-Afganistan biex jibqgħu d-dar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kelliem għat-Talibani qal li għalissa nisa li jaħdmu fl-Afganistan għandhom jibqgħu fi djarhom sakemm tiddaħħal sistema approprjata li tassigura s-sigurtà tagħhom. Zabihullah Mujahid qal li din hija proċedura temporanja.

It-Talibani kienu infurzaw verżjoni verament ħarxa tal-liġi Iżlamika meta kienu jmexxu l-Afganistan qabel l-2001 u fl-aħħar disat ijiem reġa’ rnexxielhom jieħdu kontroll assolut tal-pajjiż.

In-Nazzjonijiet Uniti tkellmet dwar abbużi mit-Talibani fejn jidħlu n-nisa fosthom restrizzjonijiet u eżekuzzjonijiet.

Minkejja dawn ir-rapporti ta’ abbużi imposti, fl-aħħar jiem il-kelliem għat-Talibani qal li r-restrizzjonijiet fuq nisa li jaħdmu se jkunu għal perjodu qasir ta’ żmien. Huwa ammetta li l-uffiċjali tagħhom ma kinux mħarrġa kif iġibu ruħhom man-nisa u żied jgħid li l-Afgani issa ma kinux qed jitħallew imorru lejn l-ajruport ta’ Kabul.

Huwa stmat li mal-50,000 Afgan u persuni barranin oħra ħarbu mill-ajruport ta’ Kabul sa minn meta t-Talibani ħadu f’idejhom il-pajjiż.

Ekonomija

Sport