Saturday, December 21, 2024

It-Talibani jwaqqfu nisa mill-jipprotestaw favur iżjed drittijiet

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ġellieda Talibani ferrqu għexieren ta’ dimostranti nisa f’Kabul li nġabru biex jipprotestaw minħabba restrizzjonijiet li komplew jiħraxu kontrihom.

 kważi sena wara li l-grupp militanti ħataf f’idejh il-poter mill-ġdid tal-belt, madwar 40 mara mexxew protesta fil-Kapitali Afgana fejn talbu għal aktar drittijiet.

Il-ġellieda Talibani ħatfu l-mowbajls tagħhom u sparaw diversi tiri biex waqqfu waħda mill-ewwel protesti tan-nisa fi żmien xhur.

Id-dimostranti kantaw favur it-talbiet tagħhom għal “ħobż, xogħol u libertà” huma u jġorru banner li jgħid “Il-15 ta’ Awwissu huw jum iswed” – referenza għall-ġurnata meta t-Taliban ħadu f’idejhom it-tmexxija ta’ Kabul fl-2021.

Skont rapporti, xi ġurnalisti li kienu qegħdin jirrappurtaw il-protesta wkoll sfaw imsawta.

Xi ġurnalisti li kienu qed ikopru l-mixja ġew irrappurtati wkoll imsawta.

Fis-sena minn meta t-Taliban reġgħu lura fil-poter, huma ħarġu diversi ordnijiet li jirrestrinġu l-libertà tan-nisa. Fost l-oħrajn huma ma tħallewx japplikaw għall-biċċa l-kbira tal-impjiegi tal-gvern, l-edukazzjoni sekondarja u milli jivvjaġġaw aktar minn 45 mil (70km) mingħajr gwardjan maskili.

Ekonomija

Sport