Wednesday, December 25, 2024

It-Tazza tad-Dinja se tibqa’ kull erba’ snin

Aqra wkoll

Il-President tal-FIFA, Gianni Infantino, qal li l-għaqda li tmexxi l-football ma pproponitx li t-Tazza tad-Dinja ssir kull sentejn, iżda esplora biss l-fattibilitá ta’ bidla bħal din. Il-kunċett iffaċċja kritika minn federazzjonijiet, kampjonati u players, għalkemm il-Konfederazzjoni tal-Football Afrikan tat l-appoġġ tagħha.

Infantino qabel qal li dawk kontra l-mossa kienu “beżgħu” mill-bidla. “Il-Fifa ma pproponitx Tazza tad-Dinja biennali,” qal Infantino. “Ejja niċċara l-proċess – l-aħħar kungress tal-FIFA talab lill-amministrazzjoni tal-FIFA… biex tibda studju ta’ fattibilità biex it-Tazza tad-Dinja ssir kull sentejn.

“L-amministrazzjoni tal-FIFA taħt it- tmexxija ta’ Arsene Wenger għamlet eżatt hekk. Il-FIFA ma pproponiet xejn, iżda waslet għall-konklużjoni li hija fattibbli, li jkollha xi riperkussjonijiet u impatt.

“Sibna li jkun fattibbli u saħansitra pożittiv għal parti kbira tad-dinja, iżda ovvjament hemm ukoll oppożizzjoni kbira għaliha u minn hemm trid tibda d-diskus­sjoni.”

Ekonomija

Sport