Sunday, December 22, 2024

It-team nazzjonali Malti tan-Nisa ta’ Taħt id-19-il sena jdawwar telfa f’rebħa kontra l-Gżejjer Faroe

Aqra wkoll

It-team nazzjonali Malti tan-nisa ta’ taħt id-19-il sena Malti dawwar telfa f’rebħa meta għeleb lill-Gżejjer Faroe bl-iskor ta’ 3-2 f’Seaview f’Belfast.

Malta għalhekk temmet l-impenji tagħha b’punti ndaqs daqs ir-rebbieħa tal-grupp  l-l-Irlanda ta’ Fuq b’seba’ punti iżda kellha tikkuntenta bit-tieni post minħabba differenza ta’ goals inferjuri.

Permezz ta’ din ir-rebħa Malta ġiet promossa għal-League A wara li ġiet ikklassifikata bħala l-ahajr runner up minn sitt gruppi differenti fil-League B.

Intant, għall-kronaka tal-logħba, Judith Eilersdottir poġġiet lill-Gżejjer Faroe fil-vantaġġ fis-seba’ minuta u Ellingsgaard irdoppjat l-iskor fit-32 minuta. Tammy Falzon naqqset id-distakk fil-65 minuta u żewġ minuti biss wara, Malta ġabet id-draw hekk kif Loa Samuelsen ikkommettiet auto-goal sfortunat. Martina Fenech skorjat il-goal tar-rebħa għal pajjiżna fil-71 minuta.

MALTA: Raisa Costantino, Tammy Falzon, Michaela Cachia (Izabella Camilleri 46), Maya Lucia, Martina Fenech, Alexandra Gatt, Veronique Mifsud, Ileana Farrugia (Emma Ciantar 89), Yulya Carella (Iulia Mifsud 46), Mariah Cardona (Eunice Micallef 46), Sarah Vella Barberi

Ekonomija

Sport