Wednesday, December 25, 2024

It-team nazzjonali ta’ taħt it-18-il sena f’Ċipru għal żewġ logħbiet ta’ ħbiberija

Aqra wkoll

L-Erbgħa wara nofsinhar it-team nazzjonali Malti ta’ taħt it-18-il sena immexxi mill-coaches Alessandro Zinnari u Stefano Grima vvjaġġa lejn Ċipru għal żewġ partiti ta’ ħbiberija li se jintlagħbu fil-Paralimni Municipal Stadium fil-belt ta’ Famagusta.

Iż-żewġ logħbiet huma skedati għall-Ġimgħa 25 u l-Ħadd 27 qabel il-kontinġent itir lura Malta nhar it-Tnejn.

Dawn il-partiti għat-Team Malti ta’ taħt it-18-il sena se jservu għall-għażla biex jerġgħu jibdew l-iżvilupp tagħhom u jassiguraw aktar ħin ta’ logħob fuq livell internazzjonali fid-dawl ta’ impenji futuri li jilħqu l-qofol tagħhom fit-Tournament tal-Fażi Finali tal-Kampjonat Ewropew tal-UEFA U19 li se jiġi ospitat f’Malta f’Lulju 2023.

Ħames pleayrs kellhom ukoll l-opportunità aktar kmieni din il-ġimgħa li jingħaqdu mat-team tal-kbar għal sessjonijiet ta’ taħriġ taħt is-superviżjoni tal-Head coach tat-Timijiet Nazzjonali Devis Mangia u l-istaff tiegħu. Dawn huma Andrew Borg, Jake Micallef, Lucas Caruana, Isaiah Micallef u Ivin Farrugia.

Żewġ membri tal-iskwadra bħalissa huma bbażati barra minn Malta. Dawn huma Sasha Cachia li qed jiżviluppa l-ħiliet u t-talent tiegħu fi Spanja, kif qed jagħmel Tristan Viviani fl-Istati Uniti tal-Amerika.

L-iskwadra ta’ Malta U18 ta’ 23 player li vvjaġġat lejn Ċipru għal dawn iż-żewġ partiti ta’ ħbiberija huma:

Goalkeepers – Beppe Mangion (St. Andrews FC), Karl Sargent (Birkirkara FC).

Difensuri – Sasha Cachia (Racing d’Algemesí) (Spanja), Ivin Farrugia (Pieta’ Hotspurs FC), Jake Micallef (San Ġwann FC), Deacon Abela (Valletta FC), Tristan Viviani San Jose Earthquakes (Akkademja) (USA), Sven Xerri (Ħamrun Spartans FC).

Midfielders – Neil Meli (Valletta FC), Andrew Borg (St. Andrews FC), Lucas Caruana (Hibernians FC), Jake Grech (Balzan FC), Giuseppe Bonanno (Balzan FC), Matteo Gambin (Birkirkara FC), Jake Vassallo (Mosta). FC), Nathan Cross (Birkirkara FC), Benjamin Hili (San Ġwann FC).

Attakkanti – Zak Barbara (Valletta FC), Brooklyn Borg (Pieta’ Hotspurs FC), Sean Gatt (St. Andrews FC), Shaisen Attard (Ħamrun Spartans FC), Jamie Scerri (Swieqi United FC), Isaiah Micallef (Valletta FC) .

Ekonomija

Sport