Is-Society of London Theatre (SOLT) illum qalet fi stqarrija li t-teatri tal-West End se jibqgħu magħluqin, mill-inqas sat-2 ta’ Awwissu. Madankollu, spjegat li dan ma jfissirx li se jiftħu fit-3 ta’ Awwissu u jista’ jkun li jikkanċellaw aktar esibizzjonijiet.
Filwaqt li kkonfermaw li ċerti esibizzjonijiet jaf jiftħu fi żminijiet differenti, l-organizzazzjoni qalet li qiegħda taħdem fil-qrib mal-Gvern biex tiżgura li l-postijiet ikun siguri u kollox jimxi kif suppost.
Jidher li l-produzzjoni riċenti The Great Gatsby ħabbret riċentament il-pjani li jerġgħu jibdew l-esibizzjonijiet minn Ottubru, filwaqt li jkun hemm il-miżuri ta’ distanzi soċjali.
Il-Gvern Ingliż għad irid iħabbar id-dettalji dwar kif dawn il-postijiet jistgħu jerġgħu jiftħu mill-ġdid u meta l-miżuri tal-lockdown dwar id-distanzi soċjali jistgħu jiġu merħija.