Wednesday, December 31, 2025

It-telf tar-Russja fl-Ukrajna jiżdied aktar minn qatt qabel 

Aqra wkoll

Matul l-aħħar 10 xhur, it-telf soffert mir-Russja fil-gwerra mal-Ukrajna kiber aktar malajr minn kwalunkwe żmien mill-bidu tal-invażjoni fuq skala sħiħa fl-2022. Analiżi tal-BBC sabet li hekk kif l-isforzi ta’ paċi intensifikaw fl-2025 taħt pressjoni mill-amministrazzjoni tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump, ġew ippubblikati 40% aktar avviżi ta’ mwiet (obituaries) ta’ suldati Russi meta mqabbla mas-sena ta’ qabel.

B’mod ġenerali, ġew ikkonfermat l-ismijiet ta’ kważi 160,000 persuni Russi li nqatlu fil-ġlied fl-Ukrajna. Diversi sorsi ta’ aħbarijiet ilhom jgħodd flimkien mal-aġenzija indipendenti Mediazona u grupp ta’ voluntiera minn Frar 2022 it-telf tar-Russja fil-gwerra fl-Ukrajna.

Dawn qed iżommu wkoll listi ta’ individwi li l-imwiet tagħhom setgħu jiġu verifikati u ikkonfermati minn rapporti uffiċjali, gazzetti, midja soċjali, u monumenti u oqbra ġodda.

L-għadd reali ta’ mwiet huwa maħsub li huwa ħafna ogħla minn dak pubblikat, u l-esperti militari li ġew kkonsultati jemmnu li l-analiżi taċ-ċimiterji, il-monumenti tal-gwerra u l-avviżi ta’ mwiet jistgħu jirrappreżentaw bejn 45-65% tat-total. Dan ipoġġi l-għadd ta’ mwiet Russi fil-gwerra fl-Ukrajna bejn 243,000 u 352,000.

L-għadd ta’ avviżi ta’ mwiet għal kwalunkwe perjodu partikolari huwa stima preliminari tat-telf ikkonfermat, peress li xi wħud jeħtieġu verifika addizzjonali. Iżda jista’ jindika kif l-intensità tal-ġlied qed tinbidel maż-żmien.

F’Ottubru, meta t-tieni summit li kien ippjanat bejn ir-Russja u l-Istati Uniti eventwalment ġie pospost, u mbagħad f’Novembru, meta l-Istati Uniti ppreżentat proposta ta’ paċi ta’ 28 punt, ġew ippubblikati medja ta’ 322 avviż ta’ mewt kuljum – id-doppju tal-medja fl-2024.

Sena ilu 15% tal-imwiet militari Russi kienu persuni voluntiera, iżda fl-2025 irdoppja u kiber għal wieħed minn kull tlieta jew kważi 30%.

Madankollu huwa diffiċli li wieħed jattribwixxi ż-żieda fit-telf Russu għal xi fattur partikulari wieħed, iżda l-Kremlin jara l-kisbiet territorjali tiegħu bħala mod kif jinfluwenza n-negozjati mal-Istati Uniti favur tiegħu.

L-assistent ta’ Putin Yuri Ushakov saħansitra enfasizza dan l-aħħar li “s-suċċessi riċenti” tar-Russja kellhom impatt pożittiv ħafna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport