L-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia u d-deputat Alex Borg se jtellqu għall-Kap Nazzjonalista, minflok Bernard Grech. Dan wara li lbieraħ waranofsinhar intemm il-perjodu għall-espressjoni ta’ interess sabiex wieħed jikkontesta għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Kien propju t-Tnejn li għadda, meta l-eks Kap tal-PN Adrian Delia permezz ta’ messaġġ fuqi l-mezzi soċjali qal li jrid isir Kap tal-Partit Nazzjonalista. Ftit tal-jiem wara, tefa n-nomina tiegħu d-Deputat Alex Borg.
Issa hekk kif għalqet l-espressjoni ta’ interess, imiss li jsir id-due diligence fuq dawk li jesprimu l-interess tagħhom, bil-perjodu massimu hu dak ta’ sitt ġimgħat.