Il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta qed tagħti parir lill-pubbliku ġenerali biex joqgħod aktar attent fit-toroq wara rapporti ta’ silġ qawwi madwar il-gżira.

L-aktar żoni milquta jinkludu r-Rabat u l-Baħrija, fejn maltempati tas-silġ f’daqqa ħolqu kundizzjonijiet perikolużi għas-sewqan.

Is-sewwieqa huma avżati biex inaqqsu l-veloċità, jevitaw vjaġġar bla bżonn fejn possibbli, u jibqgħu attenti għall-kundizzjonijiet tat-temp li jinbidlu.
Intant bosta fuq il-midja soċjali qed jaqsmu filmati u ritratti ta’ din ix-xena li mhux soltu naraw ġewwa pajjiżna. Għadd ta’ tfal u adulti ħadu l-opportunità biex jilgħabu fis-silġ.


