Sunday, November 24, 2024

“It-temp ma tiċċajtax miegħu… Grazzi li bqajtu tagħtu ħinkom sal-aħħar”

Aqra wkoll

It-temp ħażin sfortunatament ħalla impatt negattiv fuq diversi purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u proprju ftit tas-sigħat ilu bdiet tinxtered l-aħbar li numru minnhom kellhom jitħassru. Oħrajn kellhom ibiddlu r-rotta minn fejn tgħaddi l-purċissjoni.

B’reazzjoni għal dan il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici stqarr li “Għalina li trabbejna u għexna f’dawn it-tradizzjonijiet kulturali tant sbieħ, dawn l-iżviluppi jsewdulna qalbna. Madanakollu, ir-raġuni ma tridx forza u t-temp ħażin ma tistax tiċċajta miegħu.”

Huwa appella lill-mijiet ta’ dilettanti li ħadmu u stinkaw bi preparamenti għall-purċissjoni tal-lum biex jagħmlu kuraġġ. Bonnici tkellem ma’ ħafna minnhom u rringrazzjahom talli sal-aħħar baqgħu jagħtu ħinhom u t-talenti tagħhom favur dawn it-tradizzjonijiet kulturali.

Diversi Knejjes se jkunu miftuħin fejn ikun hemm esposti għall-wiri d-diversi vari tal-Ġimgħa l-Kbira, li filhom infushom huma kapulavuri artistiċi ta’ uħud mill-aqwa statwarji. 

Sport