Monday, March 30, 2026

It-temperatura mistennija tinħass daqs -1°C

Aqra wkoll

Is-sit Malta Weather qiegħed ibassar li nhar l-Erbgħa u l-Ħamis t-temperatura massima mhux mistennija taqbeż il-15°C u tista’ tinħass kiesħa hafna bil-lejl daqs -1°C meta wieħed iqis ir-riħ, il-possibiltà tax-xita/silġ irqiq u l-oriġini polari tal-arja u kesha barra minn żmiena.

Is-sit ta’ “massa t’arja kiesha u polari ser tinfed il-Mediterran Ċentrali minn aktar tard nhar it-Tlieta 31/3/26 sal-Ġimgħa l-Kbira filgħodu 3/4/24. Din ser toħloq pressjoni baxxa li se twassal għal riħ qawwi ħafna mill-Majjistral Forza 7 flimkien ma’ ħalbiet tax-xita iżolati li jistgħu jkunu bir-ragħad u bis-silġ irqiq u naturalment baħar imqalleb fil-kosti esposti.”

L-aħbar it-tajba hija li temp bnazzi jerġa’ lura mill-Ġimgħa l-Kbira filgħaxija ’l quddiem, u b’hekk il-purċissjonijiet tal-Għid 2026 ikunu jistgħu jipproċedu b’mod normali. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport