Friday, December 27, 2024

It-tennista Nick Kyrgios isolvi l-kawża legali ma’ Anna Palus

Aqra wkoll

It-tennista Nick Kyrgios solva l-kawża legali ma’ spettatura li waqt il-finali ta’ Wimbledon akkużaha li kien “sakra minn moħħha”

Anna Palus fetħet kawża mal-avukati tagħha biex jibdew proċeduri ta’ malafama kontra l-Awstraljan ta’ 27 sena.

In-numru 22 tad-dinja kien qed jikkompeti fl-ewwel finali tiegħu ta’ Grand Slam, li tilef f’erba’ sets kontra Novak Djokovic.

Kyrgios ilmenta mal-umpire dwar partitarja u qal li kienet tidher “qisha ħadet madwar 700 xarba.”

Palus, li attendiet għall-finali ma’ ommha, aktar tard akkużat liċ-champion tad-doubles tal-Open tal-Awstralja tal-2022 b’“allegazzjoni imprudenti u għal kollox bla bażi”.

Fi stqarrija Kyrgios skuża ruħu għall-kummenti li għadda fuqha u qal li kien qabel li jħallas somma lill-karità.

“Għidt lill-umpire li partitarja, li issa naf li hija Anna Palus, kienet qed tfixkilni waqt il-logħba, u emmint ukoll li kienet fis-sakra,” qal Kyrgios.

“Naċċetta li l-allegazzjoni tiegħi kienet waħda żbaljata u għaldaqstant niskuża ruħi.

“Għal dan in-nuqqas, tajt donazzjoni ta’ £20,000 lil Great Ormond Street Hospital Charity, karità magħżula mis-Sinjura Palus.

“Issa li l-każ huma magħluq, mhux se nerġa’ nikkummenta dwar din il-kwistjoni.”

Ekonomija

Sport