Simona Halep ġiet sospiża provviżorjament wara li rriżultat pożittiva għal sustanza pprojbita waqt l-US Open ta’ din is-sena.
Il-kampjun tat-tennista, li hija rrankjata fid-disa’ post tad-dinja, instab li kien fih Roxadustat, li jsaħħaħ id-demm. Iżda r-Rumena ċaħdet li għamlet xi ħaġa ħażina f’post fuq il-midja soċjali.
Halep, eks champion ta’ Wimbledon, ġiet megħluba fl-ewwel ouwnd tat-tournament fi New York City minn Daria Snigur tal-Ukrajna.
Ir-rebħt champion tal-Grand Slam ta’ 31 sena mhix eliġibbli biex tikkompeti sakemm issir l-analiżi tal-kampjun ‘B’ tagħha.
Din l-aħbar ġiet żvelata nhar il-Ġimgħa mill-Aġenzija Internazzjonali għall-Integrità tat-Tennis, li tissorvelja l-anti-doping u kwistjonijiet oħra ta’ integrità għall-isport.
Fi stqarrija, Halep qalet li s-sustanza pprojbita nstabet fi kwantità estremament baxxa’ u ddeskriviet is-sejba bħala “l-akbar xokk ta’ ħajti”.
“Illum tibda l-aktar logħba iebsa ta’ ħajti: ġlieda għall-verità,” kitbet Halep fuq il-midja soċjali.
“Ġejt innotifikata li kont ittestjat pożittiva għal sustanza msejħa Roxadustat fi kwantità estremament baxxa, li ġiet bħala l-akbar xokk ta’ ħajti.
“Matul il-karriera kollha tiegħi, l-idea ta’ qerq qatt ma għadditli minn moħħi, peress li hija totalment kontra l-valuri kollha li ġejt edukata bihom. Meta niffaċċja sitwazzjoni inġusta bħal din, inħossni kompletament konfuża u traduta.
“Se niġġieled sal-aħħar biex nuri lid-dinja li pprovajt nieħu xi sustanza pprojbita u għandi fidi li llum jew għada, il-verità se toħroġ.
“Mhux dwar it-titli jew il-flus. Huwa dwar l-unur, u l-istorja ta’ mħabba li żviluppajt mal-logħba tat-tennis f’dawn l-aħħar 25 sena.”