Fl-aħħar sigħat il-kandidat fl-elezzjoni għall-kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li test għal Covid-19 li għamel lbieraħ irriżulta negattiv.
Żied jgħid li hu ġie mogħti parir biex jagħmel test ieħor għada u sadanittant jibqa’ f’self isolation biex hekk jassigura s-sigurtà ta’ dawk kollha li jiltaqa’ magħhom meta joħroġ.
Grech tenna li se jkompli bil-kuntatt mal-pubbliku b’kull mezz ieħor kif għamel fl-aħħar sigħat.
https://www.facebook.com/bernardgrechmt/posts/963265717518067