Monday, December 23, 2024

It-tfal kollha għandhom jingħataw protezzjoni mill-kunflitti bl-armi

L-ewwel attività prinċipali tal-presidenza tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-UN

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dawk kollha taħt t-18-il sena għandhom jitqiesu bħala tfal u għandhom ikunu protetti ġejjin mil-liema stat ġejjin, b’mod speċjali dawk l-iktar vulnerabbli minħabba sitwazzjonijiet ta’ faqar u diżabilitajiet fost affarijiet oħra. Dan huwa l-messaġġ waqt id-diskussjoni li bdiet illum fil-binja tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York. 

Il-kelliema preżenti kellhom kliem pożittiv għal Malta li fil-Presidenza tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti qiegħda taqbad suġġet delikat bħal dan f’messaġġ favur il-paċi u s-sigurtà.

YouTube video
Vanessa Frazier – Rappreżentanta Permanenti ta’ Malta għan-NU fi New York

Din il-laqgħa qed titmexxa mir-Rappreżentanta Permanenti ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Uniti, Vanessa Frazier li fl-ewwel kummenti tagħha lill-midja qabel bdiet id-diskussjoni qalet li huwa privileġġ għal Malta li qiegħda tmexxi din il-laqgħa.

Vanessa Frazier f’kummenti qabel il-bidu tad-diskussjoni
Ekonomija

Sport