Friday, July 25, 2025

It-tfal li qed imutu bil-ġuħ f’Gaża huma akkuża għalina lkoll – l-Arċisqof Charles J. Scicluna

Aqra wkoll

Is-sitwazzjoni f’Gaża u l-kriżi umanitarja kbira li hemm, mhux biss minħabba l-attakki imma anki minħabba nuqqas kbir ta’ fejn issa in-nies qegħdin imutu bil-ġuħ, wasslet biex l-Arċisqof ta’ Malta, Charles J. Scicluna għamel appell imqanqal. Fih iddikjara li t-tfal f’Gaża għandhom  jingħataw l-iktar dritt bażiku fil-ħajja li hu dak ta’ aċċess għall-ikel.

“Ir-ritatti u filmati tat-tfal innoċenti li qed imutu bil-ġuħ f’Gaża huma akkuża għalina lkoll,” qal Mons. Scicluna.

L-Arċisqof Scicluna fuq Twitter iddikjara li “l-għajat imrażżan tagħhom (tat-tfal) jinvolvi s-sens profond tagħna ta’ deċenza. Mhux se nkunu kompliċi f’delitti daqshekk gravi kontra l-umanità. Mulej ħenn!”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport