Thursday, May 16, 2024

“It-tfal qatt m’għandhom jinżammu fiċ-ċentri ta’ detenzjoni”

Kelliema tal-Oppożizzjoni tilmenta li mhux aċċettabbli li tfal jinżammu għal xhur qabel ikun verfikat li mhumiex adulti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Rigward sistema ta’ gwardjan legali temporanju għal minuri li ma jkunux akkumpanjati u li jkunu qegħdin ifittxu l-ażil li kompliet tiġi diskussa fil-parlament, il-kelliema għall-Ugwaljana u d-Drittijiet tat-Tfal f’isem l-Oppożizzjoni Graziella Attard Previ qalet li jeħtieġ li niffukaw fuq dawn it-tfal bħala tfal u mhux bħala immigranti.

Hija fakkret fid-diskors tal-President Emeritus Marie Lousie Coleiro Preca li kienet qalet li dawn it-tfal jeħtieġ li rridu nieħdu ħsiebhom daqslikieku kienu t-tfal tagħna.

Attard Previ qalet li t-tfal m’għandhomx jibqgħu f’ċentri ta’ detenzjoni ma adulti li l-anqas biss ikunu jafu u li wara li jaħarbu l-ħajja tal-gwerra, il-persekuzzjoni u l-ġuħ għandhom jiġu integrati fis-soċjetà tagħna.

Il-kelliema tal-Oppożizzjoni qalet li dawn it-tfal ibatu minn diversi kundizzjonijiet li jaqsmulek qalbek u li meta taħdem ma’ dawn it-tfal tagħmel minn kollox biex tħares l-interessi tagħhom u tkun tista’ toffrilhom dak li hu tagħhom bi dritt.

“Bl-invażjoni fl-Ukrajna, hemm ċans li l-problema ta’ dawn it-tfal tkompli tiżdied”, kompliet Attard Previ filwaqt li kompliet issostni li dawn it-tfal qatt m’għandhom jinżammu fiċ-ċentri ta’ detenzjoni. Qalet ukoll li hawn tfal li jinżammu għal żmien twil f’ċentri ta’ detenzjoni sakemm ikun żgurat li dawn huma verament tfal minħabba li ma jkollhomx dokumenti u li dan id-dewmien m’għandux jibqa’ aċċettabbli.

Sport