Sunday, November 24, 2024

It-tfal Russi mġiegħla jitgħallmu l-Istorja “riveduta” tal-aħħar 50 sena minn ktieb ġdid

Aqra wkoll

Ir-Russja se tintroduċi ktieb ġdid fis-sillabu akkademiku għall-istudju tal-Istorja; ktieb li l-għan ewlieni tiegħu huwa sabiex l-istudenti jitgħallmu dan is-suġġett, l-Istorja, minn fuq edizzjoni kompletament riveduta.

Il-ktieb il-ġdid, intitolat ‘Ukraine is a Neo-Nazi State’, se jidħol fis-sillabu akkademiku tar-Russja minn Settembru li ġej, u permezz tiegħu t-tfal se jiġu eżaminati dwar il-propaganda tal-gwerra. Dan minkejja li s-sena li għaddiet, il-Kremlin arrestat eluf ta’ persuni mill-pajjiż li pprotestaw kontra l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna.

Fil-ktieb il-ġdid, il-pajjiżi tal-Punent huma murija bħala simbolu ta’ ħażen; ħallelin li serqu aktar minn $300 biljun f’assi lir-Russja.

L-awtur tal-ktieb huwa Vladimir Medinsky — alleat tal-President Russu Vladimir Putin u Eks Ministru tal-Kultura. Huwa ddikjara li l-Istorja ta’ dawn l-aħħar 50 sena għadha kemm ġiet “riveduta” permezz tat-twelid ta’ dan il-ktieb għat-tagħlim.

Fl-istess ktieb, jingħad ukoll li l-armata Russa fl-ebda mument ma bbumbardjat postijiet residenzjali fl-Ukrajna u li l-pajjiżi tal-Punent huma ossessjonati bl-idea li jkissru lir-Russja. Dan filwaqt li l-idea bikrija ta’ Putin dwar is-suppożizzjoni li l-invażjoni ma kellhiex ittul wisq, ma ġietx inkluża fit-test.

Fl-opinjoni tal-awtur, dan il-ktieb, li fih 445 paġna, se jagħmel il-ħajja tal-istudenti ż-żgħar iżjed faċli biex jifhmu l-Istorja tar-Russja.

Sport