Sunday, December 29, 2024

It-Tfal se jiddisinjaw il-Piggy Banks marbuta mal-Kampanja Istrina BOV

‘Kun ħabib mhux Bully’ hija t-tema tal-Kampanja għall-2022

Aqra wkoll

Numru ta’ tfal tal-iskola ltaqgħu mas-Sinjura Miriam Vella, mart il-President ta’ Malta u Ernest Agius, Chief Operations Officer tal-Bank of Valletta fil-Kitchen Garden biex ipinġu u jissottomettu l-pitturi tagħhom għall-kompetizzjoni relatata mad-disinn tal-Piggy Banks użati fil-Kampanja L-Istrina BOV.

It-tfal kellhom jissottomettu tpinġija oriġinali bit-tema ‘Kun ħabib mhux Bully’. L-aħjar tliet tpinġijiet, li se jintagħżlu minn panel ta’ ġurija maħtura mill-Malta Community Chest Fund Foundation, se jiffurmaw parti mid-disinn tal-Piggy Banks tal-kartun eco-friendly, użati waqt il-Kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank u mqassma fl-iskejjel primarji u sekondarji kollha madwar Malta u Għawdex.

‘Il-bullying iseħħ kullimkien, u jweġġa’ lil kull min hu involut, kemm dawk fil-mira tal-bullying u anke tal-bullies infushom,’ qalet is-Sinjura Vella waqt li t-tfal kienu qed joħolqu x-xogħlijiet tal-arti tagħhom. ‘Nieħdu din l-opportunità biex nirringrazzjaw lit-tfal kollha li diġà ssottomettew it-tpinġija tagħhom u din hija opportunità biex ix-xogħol artistiku tagħhom jintwera fost sħabhom kollha b’għan tajjeb.’

‘Aħna kuntenti ħafna li l-Kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank, din is-sena fid-19-il edizzjoni tagħha, qed tgħin biex toħloq kuxjenza dwar tħassib li qed jolqot l-istil ta’ ħajja tagħna, filwaqt li tkun sors ta’ solidarjetà ma’ oħrajn,’ qal is-Sur Agius. ‘Fl-istess ħin, il-kreattività artistika tat-tfal qed tgħin lit-tfal tal-iskola kollha f’Malta u Għawdex biex jagħrfu l-kwistjonijiet u jgħinuhom sabiex jindirizzawhom b’suċċess.’

Ekonomija

Sport