Friday, December 13, 2024

It-tibdil fil-klima qed jikkawża sħana insapportabbli fl-Indja u l-Pakistan

Aqra wkoll

It-tibdil fil-klima se jkun qiegħed jagħmilha 100 darba iktar possibbli li t-Tramuntana tal-Indja u l-Pakistan jintlaqtu minn mewġiet kbar tas-sħana. L-es­perti tal-Met Office tar-Ren­ju Unit qalu li dan il-fenomenu se jwassal biex it-temperaturi rekord li kienu mmarkati fl-2010 jibdew jiġu repetuti kull tliet snin. L-esperti tennew li mingħajr it-tibdil fil-klima, temperaturi estremi bħal dawk tal-2010 kienu jseħħu darba kull 312-il sena. 

Matul dawn l-aħħar jiem, il-Pakistan esperjenza sħana estrema tant li f’xi jiem saħansitra laħħqet il-51C. Temperaturi ta’ din ix-xorta mistennija li jippersistu fil-jiem li ġejjin. 

Ekonomija

Sport