Friday, November 15, 2024

It-tielet goal tal-Arġentina kontra Franza ma kellux ikun kovalidat

Aqra wkoll

t-tielet goal tal-Arġentina kontra Franza, skorjat minn Lionel Messi, fil-108 minuti, biex għamel l-iskor temporanju għal 3-2 ma kellux ikun konvalidat. 

Għall-bidu kien hemm suspett ta’ pożizzjoni ta’ offside iżda r-replays urew li Lautaro Martinez kien eżatt f’linja mal-aħħar difensur, Jules Kounde, u għaldaqstant ma kien hemm l-ebda lleġittimitá.

Peró l-kontroversja ma kinetx dik. Waqt l-azzjoni tal-goal, intlemħu żewġ sostituti Arġentin ħdejn it-touchline li daħlu fil-ground biex jiċċelebraw qabel it-tentattiv ta’ Messi qabeż il-linja fatali u għaldaqstant f’dak il-mument l-Arġentini kellhom 13-il player fil-ground.

F’dak il-mument, il-VAR kellu jintervjeni biex il-goal jiġi mħassar hekk kif l-attenzjoni ta’ kulħadd kienet fuq dik l-azzjoni, inklużi l-uffiċjali tal-logħba … għalkemm ir-raba’ uffiċjal seta’ ra din l-illeġittimitá.

Iżda x’jgħidu r-regoli tal-football?

“Ir-referee għandu jħassar il-goal jekk persuna żejda tkun fil-ground waqt l-azzjoni li tinkludi – player, sostitut, player sostitwit, player imkeċċi jew uffiċjal tat-team li skorja l-goal. Il-logħob jerġa’ jibda bi freekick dirett mill-pożizzjoni tal-persuna żejda.

“Iżda mbagħad jekk wara li jiġi skorjat il-goal, il-logħob jerġa’ jibda u r-referee jirrealizza li l-persuna żejda kienet fil-ground meta ġie skorjat il-goal, l-istess goal ma jistax jiġi annullat.”

Ekonomija

Sport