Wednesday, December 3, 2025

It-Tielet Parti  mnedija wara li 700+ student ġew appoġġjati b’finanzjament ta’ €32.5 miljun

IMNEDIJA SKEMA ĠDIDA ‘BOV STUDIES+ STUDENTASSIST’ 

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta nieda skema ġdida ‘BOV Studies+ StudentAssist’, żviluppata b’kollaborazzjoni mal-Bank Malti għall-Iżvilupp (MDB). Din it-tnedija timmarka t-tielet parti konsekuttiva fdata lill-BOV, u ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-Bank bħala s-sieħeb ewlieni għall-finanzjament edukattiv.

Sa mill-2019, meta tnediet l-ewwel parti, il-BOV kien ta’ spalla għal għadd kbir ta’ studenti permezz ta’ diversi inizjattivi bl-appoġġ tal-MDB. L-ewwel parti tat appoġġ lil 168 student u ġġenerat portafoll li jaqbeż is-EUR6 miljun. It-tieni parti, imnedija fl-2022, kompliet tibni fuq dan is-suċċess u kienet ta’ appoġġ għal aktar minn 540 student u għolliet il-portafoll għal madwar EUR26.8 miljun. Dawn ir-riżultati juru l-abbilità konsistenti tal-BOV li jipprovdi finanzjament edukattiv b’impatt għoli b’affidabbiltà u għarfien operazzjonali b’saħħtu. 

L-iskema l-ġdida ‘BOV Studies+ StudentAssist’ tkompli tibni fuq din il-missjoni u twessa’  l-aċċess għal edukazzjoni avvanzata u għolja, li jinkludu l-Livelli MQF 5 sa 8, u kwalifiki internazzjonali speċjalizzati bħal-liċenzji tal-avjazzjoni u dawk marittimi. Fid-dawl tal-prinċipji tal-iskemi preċedenti, din l-iskema ‘BOV Studies+ StudentAssist’ twaqqa’ l-ostakli li jistgħu jipprevjenu lill-individwi milli jsegwu l-istudji tagħhom. L-iskema tintroduċi termini aktar flessibbli u li jistgħu jintlaħqu minn aktar studenti, filwaqt li tiżgura li jkunu jistgħu javvanzaw b’mod akkademiku mingħajr ma jkunu limitati minn pressjonijiet finanzjarji. 

Kenneth Farrugia, Kap Eżekuttiv tal-BOV, irrimarka, “Din it-tielet parti hija turija ċara tal-esperjenza mingħajr paragun fl-appoġġ lill-istudenti bis-soluzzjonijiet ta’ finanzjament biex itejbu l-kwalifiki akkademiċi tagħhom. Bl-iskema ‘BOV Studies+ StudentAssist’, qed intennu l-pożizzjoni tagħna bħala fornitur ewlieni u fdat ta’ finanzjament edukattiv f’Malta, mibnija fuq snin ta’ għarfien u sħubija b’saħħitha mal-Bank Malti għall-Iżvilupp. Ir-rekord tagħna jitkellem għalih innifsu: tajna appoġġ aktar minn 700 student b’finanzjament ta’ aktar minn EUR32.5 miljun mill-2019, u qed inkomplu nistabbilixxu l-istandard fit-tneħħija tal-ostakli finanzjarji għall-istudenti aspiranti.”

Permezz tal-Iskema ‘BOV Studies+ StudentAssist’, il-BOV għal darb’ oħra qed juri l-impenn fit-tul tiegħu li jinvesti fl-edukazzjoni, pilastru ewlieni tar-responsabbiltà soċjali korporattiva tal-Bank. B’appoġġ lill-istudenti biex jispeċjalizzaw, itejbu l-ħiliet, u jibdew karrrieri ġodda, il-BOV mhux biss qed jippromwovi opportunitajiet akkademiċi, iżda qed jagħti wkoll kontribut tanġibbli għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali fit-tul ta’ Malta. L-għarfien tagħna dwar il-ħtiġijiet tal-istudenti, flimkien mal-impatt konsistentement għoli tas-soluzzjonijiet finanzjarji edukattivi tagħna, jiżgura li l-BOV jibqa’ s-sieħeb tal-għażla għal dawk li jixtiequ jinvestu fil-futur tagħhom permezz ta’ edukazzjoni avvanzata u għolja.

L-iskema ‘BOV Studies+ StudentAssist’ hija disponibbli fil-fergħat kollha tal-BOV. L-istudenti interessati li jsegwu studji avvanzati huma mistiedna jitkellmu ma’ rappreżentant tal-BOV għal aktar informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà u tal-applikazzjoni. Informazzjoni addizzjonali tinsab fuq is-sit web tal-Bank https://www.bov.com/studies-plus-loan,  u l-applikanti potenzjali huma mħeġġa jagħmlu appuntament permezz tas-sistema ta’ prenotazzjoni online tal-Bank https://myappointment.bov.com/ 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport