Tuesday, December 24, 2024

It-Tielet Pride March f’Għawdex

Aqra wkoll

Is-Sibt li ġej, Għawdex se jkun qed jilbes il-kuluri tal-qawsalla biex jiċċelebra t-tielet Pride March tiegħu hekk kif il-gżira qed tkompli ssaħħaħ l-impenn tagħha favur l-ugwaljanza. 

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-sena hija waħda partikolari billi se taħbat mal-20 sena ta’ Pride f’Malta – żewġ diċenji ta’ mħabba, diversità u reżiljenza tal-komunità LGBTQIA+.

Matul il-jum tas-Sibt se jkun hemm l-ewwel Gozo Pride Village ospitat minn LGBTI+ Gozo. Bejn l-10.00 a.m. u l-5.00 p.m. Villa Rundle se tinbidel fi spazju kkulurit ta’ NGOs LGBTQIA+ u artiġjanat lokali fejn dawk preżenti jistgħu wkoll jiksbu informazzjoni dwar is-servizzi offruti minn din il-komunità.

Il-Villlaġġ se jiġi fi tmiemu b’wirja mill-isbaħ tad-drag artist Olivia Lilith, għall-ħabta tal-4.30 p.m. biex imbagħad għall-ħabta tas-6.00 p.m. jibda l-Pride March minn Triq ir-Repubblika, barra l-istabbiliment Arkadia li jibqa’ għaddej sat-Tokk u Pjazza Indipendenza.

Flimkien ma’ LGBTI+ Gozo se jingħaqdu wkoll attivisti u NGOs oħra biex ikomplu jwasslu messaġġ ta’ għaqda, inklussività u li wieħed ikun aċċettat. Wara l-marċ, l-attivitajiet ikomplu f’La Grotta, b’afterparty organizzat mill-Allied Rainbow Communities fit-8.00 p.m. Biljetti jistgħu jinkibu minn fuq il-website tal-Malta Pride. 

Ekonomija

Sport