Sunday, May 5, 2024

It-tielet theżżiża reġistrata fi ftit jiem

Aqra wkoll

Għal darb’oħra fl-aħħar ħinijiet ġiet irreġistrata theżżiża oħra qrib sew il-gżejjer Maltin.

Dik li seħħet illejla għall-ħabta tas-7:00 p.m tkejlet 2.5 fuq l-skala richter. Dan hu t-tielet wieħed fi ftit jiem u kważi kollha qegħdin isiru fl-istess post. Din kienet l-iżgħar theżżiża li saret fl-aħħar jiem hekk kif l-ikbar theżżiża kienet dik tat-Tlieta li kejlet mal-4.5 fuq l-iskala richter.

Din tal-aħħar ikkawżat ċertu biża’ f’xi lokalitajiet b’numru ta’ persuni jgħidu li esperjenzaw ċaqliq ferm ikbar minn dak li mdorrijin bih meta jkollna dawn it-tip ta’ theżżiżiet.

Sport