Saturday, October 26, 2024

It-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting fi tmiem il-ġimgħa

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Is-Sibt 19 u l-Ħadd 20 ta’ Marzu, il-Malta Motorsport Federation, Island Karting Club, u Karting Club Malta qed jorganizzaw it-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting fil-Kampjonat La Reve f’Ħal Far.

Barra minn hekk, nhar il-Ħadd 20 ta Marzu, Island Car Club qed jorganizza l-ewwel rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb bis-sapport ta England Insurance, The Point, MeDirect u Transport Malta f’Dawret il-Mellieħa, il-bypass li mill-Bajja tal-Mellieħa twassal sal-Mellieħa. Inizjalment, dan ir-rawnd kellu jsir nhar il-Ħadd 13 ta’ Marzu, iżda kellu jiġi pospost minħabba l-maltemp. Tnejn u disgħin karozza fosthom disa’ sewwieqa nisa ser ikunu qed jikkompetu f’diversi gruppi u klassijiet f’dan l-ewwel rawnd tal-kampjonat.

Iż-żewġ avvenimenti huma miftuħa għall-pubbliku u għandhom joffru divertiment mill-aqwa lill-membri kollha tal-familja.

Sport